Saturday, December 14, 2024

Miżuri li tejbu bis-sħiħ il-ħajja ta’ persuni b’diżabilità

Aqra wkoll

Il-ħajja tal-persuni b’diżabilità tjiebet sew f’dawn l-aħħar snin wara li kienu implimentati bosta programmi u riformi li wasslu biex jogħla l-livell tal-għajxien ta’ dawn il-persuni, u b’hekk jaslu biex jgħixu ħajja indipendenti kif jixirqilhom.

Fi sforz biex dawn l-għanijiet jintlaħqu u fl-istess ħin jissaħħu l-provvediment dwar dawk li għandhom taħt il-ħarsien tagħhom persuni b’diżabilità, il-gvern kien alloka għal din is-sena mhux inqas minn €4.2 miljuni. 

Din in-nefqa, li kienet provduta fil-Budget 2023, mhux biss wasslet biex jiżdiedu l-benefiċjarji minn 300 għal 400 imma wkoll li żiedet ir-rimunerazzjoni tagħhom minn €6.5 għal €9.5 kull siegħa.

Fost l-għadd ta’ miżuri finanzjarji annwali mogħtija, il-benefiċċju mogħti lill-ġenituri li ma setgħux jaħdmu minħabba li jieħdu ħsieb tfal b’diżabbiltà severa, żdied għal nofs il-paga minima netta nazzjonali. Konsegwentement il-benefiċċju żdied minn €500 għal ftit aktar minn €4,500 fis-sena, imħallsa kull perijodu ta’ tliet xhur.

Inizjattiva importanti oħra li ttieħdet kienet dik li ħolqot Bordijiet ta’ Rimedju. Sal-lum, ir-rimedju f’każ ta’ problemi u lmenti minn persuni b’diżabilita jew il-qraba tagħhom kien jitfittex quddiem il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita jew fil-qrati ta’ Malta.

Bil-ħolqien ta’ dawn il-bordijiet ta’ rimedju, persuni b’diżabilità jew ir-rappreżentanti tagħhom issa jistgħu jagħmlu petizzjoni lill-bordijiet biex jisimgħu l-każijiet tagħhom relatati l-aktar mal-impjiegi, is-saħħa, l-edukazzjoni u l-aċċessibbiltà fost oħrajn.

Ekonomija

Sport