Friday, May 3, 2024

Mohamed Kudus bejn Chelsea u Man Utd?

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Ajax Amsterdam Mohamed Kudus qed jiġi segwit sew mhux biss minn Chelsea iżda wkoll minn Manchester United fl-Ingilterra.

Il-plejer mill-Ghana ma kellux staġun ħażin fil-belt kapitali Olandiża u fil-bidu ta’ dan l-istaġun għadu ma bediex jitħarreġ mal-istess tim fejn hu qed jgħid li jinsab ibati minn injury.

Madankollu l-verita’ hi li Kudus se jitlaq lil Ajax u għalhekk ma tantx għandu ħerqa jkompli magħhom bl-objettiv ewlieni hu li jilgħab fil-kampjonat Premier Ingliż.

Sport