Friday, November 22, 2024

Mohamed Salah jafferma mill-ġdid li jrid jibqa’ ma’ Liverpool

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Liverpool, Mohamed Salah afferma mill-ġdid li jrid jibqa’ mar-Reds fost is-sitwazzjoni ta’ kuntratt ta’ tensjoni tiegħu.

Il-player ta’ 29 sena għandu jsir free agent f’inqas minn sentejn, u taħditiet dwar estensjoni mar-Reds għad iridu jwasslu għal soluzzjoni pożittiva.

Barcelona u Real Madrid jibqgħu jiġu kkreditati b’interess f’Salah, iżda l-internazzjonali Eġizzjan jinsab ħerqan li jibqa’ mat-team ta’ Jurgen Klopp jekk jista’ jintlaħaq ftehim dwar termini ġodda.

Salah qal: “Għidtha diversi drabi, jekk id-deċiżjoni hija f’idejja, jien irrid nibqa’ ma’ Liverpool.

“Imma d-deċiżjoni hija f’idejn it-tmexxija tal-club u jridu jsolvu din il-kwistjoni. M’hemm l-ebda problema imma rridu nilħqu ftehim għall-kuntratt. Jiddependi minnhom.

“Il-valur finanzjarju tiegħi juri kemm il-club japprezzani u li huma lesti jagħmlu minn kollox biex jiena tibqa’, iżda d-deċiżjoni nnifisha mhix ibbażata fuq dawk il-materji finanzjarji biss.

“Hemm affarijiet bħall-ambizzjoni tat-team u l-coach u dak li jrid jagħmel mat-team u l-players li jrid. Dawn huma kollha punti importanti meta tieħu d-deċiżjoni.”

L-assist ta’ Salah għall-goal rebbieħ ta’ Divock Origi kontra Wolves tellgħet it-total tiegħu għal 29 assist minn 20 logħba dan l-istaġun, bi 13-il goal u 10 assists fi 15-il partita fil-Premier League.

Sport