Sunday, December 22, 2024

MOĦQRIJA… jinstab kelb marbut, bil-ġuħ u bil-għatx wara li ġie abbandunat f’Għawdex

Aqra wkoll

Is-sit Animal Welfare Gozo ftit tal-ħin ilu tella’ żewġ ritratti ta’ kelb li kien għadu kemm instab abbandunat u jidher li ma tantx kien f’kundizzjoni tajba.

Skont dak miktub fuq l-istess sit dan il-kelb għandu 9 snin u ġie abbandunat minn persuna li kienet qed tikri l-istess garaxx li nstab marbut fih.

Jirriżulta li hu tħalla hemm marbut mingħajr ikel u lanqas ilma. Grazzi għal Animal Welfare Gozo dan ġie salvat u issa jinsab taħt il-kura tagħhom.

Iżda jekk din mhux moħqrija fl-aqwa tagħha ma nafux x’tista’ tkun moħqrija. Baqa’ nies bla kuxjenza jew iċ-ċirkostanzi tas-sidien ġabuhom f’sitwazzjoni li ma setgħux jagħmlu aħjar?

Ekonomija

Sport