Thursday, June 11, 2026

Mosta FC mistennija jibnu tim fuq pedament żagħżugħ għall-istaġun li ġej

Aqra wkoll

Kien mistenni li Mosta FC jagħżlu li jilagħbu b’nukleu ta’ tim mimli players żgħażagħ ġaladaraba ma kienx jirnexxielhom iżommu posthom fil-Malta Premier u jisfaw relegati għaċ-Challenge League.

Iżda jidher li dan se jkun qed iseħħ xorta waħda, għalkemm Mosta żammew posthom mal-elite tal-futbol lokali, hekk kif huma mistennija jibnu tim fuq pedament żagħżugħ għall-istaġun li ġej.

Huwa mifhum li Zachary Brincat, Gianluca Sciberras, Nathan agius u Kurt Zammit se jkunu qed iħalli lil Mosta fil-jiem li ġejjin, filwaqt li waslu fi ftehim biex iġeddu l-kuntratt ta’ Prince Afriyie u Nevin Portelli, waqt li Geoffrey Edwin Acheampong mistenni jirritorna magħhom mingħand Birkirkara, wara li fil-passat riċenti, diġá kien jimmilita magħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport