Saturday, May 4, 2024

“Naħsbu f’dawk li mhumiex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja”

Messaġġ ta’ Awguri għall-Milied it-Tajjeb mill-Kap tal-PN

Aqra wkoll

F’messaġġ għal Jum il-Milied, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-elementi sbieħ li ngħixu fil-Milied għandhom jissoktaw mhux biss f’dan iż-żmien ta’ festi, iżda kuljum.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li hu importanti li wieħed jaħseb b’mod partikolari f’dawk li għaddejjin minn sfidi partikolari f’ħajjithom jew li m’għandhomx ma’ min jgħaddu l-Milied, kif ukoll f’dawk li qed jgħixu f’post li ma jirrispettax il-kwalità tal-ħajja li tixraq lilna l-bnedmin u dawk li mhux ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja.

Hu tenna li l-ħajja li ġiet fostna, u li qed niċċelebraw f’dawn il-jiem, għandha tagħtina aktar grinta li, bil-ħidma politika tagħna, inkomplu nibnu fuq dak li ksibna għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna l-awguri tiegħu u ta’ martu AnneMarie għal Milied Hieni lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Sport