Thursday, May 1, 2025

“Naqblu li x-xogħol huwa essenzjali imma hemm l-bqija…”

- Bernard Grech, Kap tal-Oppożizzjoni

Aqra wkoll

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, ta importanza kbira l-fatt li l-Partit Nazzjonalista daħħal lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea fejn fl-istess ħin ammetta li tali deċiżjoni ġabet ukoll sfidi magħha.

Dwar il-ħaddiema u l-jum importanti ddedikat għalihom Grech ma setax jonqos li jwiegħed li taħt gvern ġdid Nazzjonalista se jkunu aħjar għax filwaqt li jridu li jaħdem, iridu wkoll igawdi ħin mal-familja u ħin ta’ mistieħ.

“Qegħdin hawn illum biex infakkru żewġ okkażjonijiet importanti. Il-jum iddedikat lill-ħaddiema imma wkoll il-21 sena anniverssarju ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Meta llum nitkellmu fuq il-ġurnata li Malta saret membru fl-UE qegħdin infakru deċiżjoni storika li ġabet ċertezza, drittijiet u opportunitajiet għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. U iva, kien il-PN li mexxa din il-mixja b’viżjoni u kuraġġ biex nagħtu lill-poplu Malti l-istess opportunijiet li kellhom il-popli l-oħra Ewropej.

Hawn min jgħidilna kemm se ndumu mwaħħla man-nostalġija imma din hija ċelebrazzjojni u l-aħjar deciżjoni ta’ pajjjiżna. Li kien għal ħaddieħor ma sirniex membri sħaħ. Kienu 21 sena ta’ sfidi, imma wkoll ta’ opportunitajiet għal kulħadd. L-ebda opportunità ma ġġib nuqqas ta’ sfidi imma hija r-reżiljenza tal-poplu Malti li, b’mod jew ieħor, dejjem sab it-triq biex jimxi ‘l quddiem b’kuraġġ u determinazzjoni,” insista Grech.


Il-Kap tal-Oppożizzjoni mbagħad tkellem dwar il-ħaddiem fejn speċifika li hemm ħaddiema differenti li jinkludu dawk bi ħlas, dawk volontarji u dawk li jaħdmu fid-dar biex irabbu familja għax “dawk huma ħaddiema wkoll”. Saħaq li l-ħajja għandha tkun ta’ dinjità u x-xogħol ta’ kwalità fejn żied li l-bniedem mhux biss jaħdem imma jrid ikollu ħin biex igawdi l-familaj tiegħu, kif ukoll li jkollu sodisfazzjon biex jimxi ‘l quddiem.


“Għalhekk irridu ntejbu l-kundizzjonijiet. Ix-xogħol huwa biss parti minn ħajjitna. Nassiguraw mhux biss li ntejbu l-kundizżjonijiet imma l-kumplament tal-ħajja tal-ħaddiem. Iva, naqblu li x-xogħol huwa essenzjali imma hemm l-bqija”.


Kien hawn li Grech ħabbar żewġ miżuri “għax hemm min mhuwiex ilaħħaq” li kieku jdaħħal gvern Nazzjonalista jekk jitla’ fl-elezzjoni li jmiss. Dawn huma ta’ eżenzjoni ta’ taxxa fuq l-ewwel €10,000 fuq part time u overtime u t-tieni miżura tkun li l-leave tal-maternità u l-paternità jkun estiż għal sena.


Huwa wissa li bħala gvern mhuwiex se jħalli lill-ebda ħaddiem ikun sfruttat u li kulħadd ikollu paga diċenti għal ħajja ta’ kwalità. Bernard Grech temm jindirizza l-ħaddiem Malti u Għawdxi billi qallu, “irridek taħdem imma rridek tgawdi wkoll il-frott tax-xogħol tiegħek. Qawwu qalbkom għax il-bidla li se nġibu se twelled lil Malta li rridu lkoll. Hemm bżonn li nemmnu u naħdmu flimkien”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport