Saturday, April 27, 2024

Navalny jallega li Putin kien wara l-ivvelenar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kritiku tal-Kremlin Alexei Navalny qal ma’ rivista Ġermaniża li l-President Russu Vladimir Putin kien wara l-allegat ivvelenar tiegħu u saħaq li huwa mhuwiex imbeżża’. 

Navalny kien ittieħed mir-Russja lejn Berlin f’Awwissu li għadda wara li ħassu ma jiflaħx serjament waqt li kien fuq titjira domestika ġewwa r-Russja. Huwa kien irċieva kura intensiva fi sptar ġewwa l-Ġermanja u hemm kien intqal li Navalny kien ġie vvelenat. 

F’intervista li Navalny kellu ma’ Der Spiegel huwa qal, “jien nistqarr li Putin kien wara dan l-att u m’għandi l-ebda verżjoni oħra ta’ x’seta’ ġara.” 

Min-naħa tagħhom il-pajjiżi tal-Punent qegħdin jitolbu spjegazzjoni min-naħa tar-Russja, filwaqt li din tal-aħħar qalet li hija m’għandha x’taqsam xejn ma’ dan il-każ filwaqt li saħqet li ma hemm l-ebda evidenza. 

Sport