Thursday, March 28, 2024

Nebraska mheżża… 258 vittma ta’ abbużi sesswali minn 57 uffiċjali tal-Knisja Kattolika

Aqra wkoll

Id-djoċesi f’Nebraska fl-Istati Uniti tinsab mheżża hekk kif minn rapport ta’ investigazzjoni li sar irriżulta skandlu xokkanti ta’ abbużi sesswali minn qassisin. Mir-rapport ta’ investigazzjoni joħroġ li kien hemm 258 vittma ta’ abbużi sesswali, liema abbużi saru minn 57 uffiċjal tal-Knisja Kattolika.

L-Avukat Ġenerali Doug Peterson, iddikjara li l-aktar ħaġa inkwetanti li sabet din l-investigazzjoni kienet dik li f’għadd ta’ okkażjonijiet, dawk li kienu f’pożizzjonit ta’ awtorità f’din id-djoċesi għażlu li jġibu l-ewwel ir-reputazzjoni tad-djoċesi u l-knisja flok il-protezzjoni tat-tfal.

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali talab lit-tlett djoċesi f’Nebraska biex jgħaddu l-informazzjoni u l-fajls kollha li għandhom dwar esplojtazzjoni sesswali, pornografija u abbużi.  Huma talab li l-fajls u l-informazzjoni iridu jmorru lura sa l-1 ta’ Jannar tas-sena 1978. 

Mill-informazzjoni li toħroġ mir-rapport ta’ inkjesta wieħed isib li hemm rakkonti ta’ qassisin li kienu jużaw l-alkohol, oħrajn kienu joffru lill-vittmi li jmorru camping,  u oħrajn joffru ħarġiet oħra.  Video games, ikel u affarijiet oħra kienu jintużaw biex jiżolaw lill-vittmi tfal tagħhom, jiddikjara Peterson. 

Din l-investigazzjoni bdiet f’Awwissu tas-sena 2018. Fi Frar tas-sena 2019, id-Dipartiment tal-Ġustizzja f’Nebraska kien ħareġ xejn inqas minn 426 ordni biex jitilgħu quddiem il-Qorti lill-knejjes Kattoliċi u skejjel f’Nebraska.

Spjega li mill-investigazzjoni irriżulta li kien hemm 258 vittmi ta’ abbużi sesswali. Kien hemm 97 vittma fid-djoċesi ta’ Lincoln, 158 vittma fid-djoċesi ta’ Omaha u 3 vittmi fid-djoċesi ta’ Grand Island. Mill-investigazzjoni ħareġ i l-allegati abbużi kienu saru minn 57 uffiċjali tal-Knisja fosthom qassisin, djakni u anke għalliema fi knejjes Kattoliċi.

Il-parti l-kbira tal-vittmi kienu subien. Jirrriżulta li f’Omaha, i-maġġoranza tal-vittmi kellhom bejn 11 u 13-il sena, waqt li dawk f’Lincoln il-maġġoranza kellhom ftit aktar minn għoxrin sena. 

Peterson jgħid li l-ħsara u d-dannu li saru lil dawn ill-vittmi hi indeskrivibbli. 

L-Avukat Ġenerali jgħid li “minflok jidentifikaw u jinvestigaw jew jgħaddu f’idejn dawk li jinfurzaw il-liġi, li kienu jagħmu kien li jittrasferixxu lil dawk li jabbużaw għal parroċċi oħra.  L-avukat ġenerali isejħilhom ‘cover ups’  u jgħid li l-parti l-kbira tal-abbużi seħħew fis-snin tmenin u disgħin.

Peterson jiddikjaraw li ma jistgħux jinħarġu akkużi kriminali kontra min wettaq dawn l-atti jew kontra uffiċjali tad-djoċesi li ma rappurtawx u ma ħadux azzjoni fuq dawn l-allegati abbużi sesswali.

“Din hi xi ħaġa ta’ frustrament għalina”, iddikjara Peterson. Wara li ħareġ dan ir-rapport ta’ investigazzjoni l-Isqfijiet tat-tlett djoċesi ħarġu stqarrija flimkien u għamlu apoloġija lill-vittmi. 

Huma qalu li “b’dispjaċir ninnutaw li għadd ta’ minuri innoċenti kienu imweġġgħin minn qassisin tal-Knisja Kattolika u rappreżentanti oħra. Hu ċar li dawn il-weġgħat għadhom jinħassu. Nagħmlu apoloġija lill-vittmi u l-familji tagħhom.”

Ekonomija

Sport