Friday, April 19, 2024

Steven Gerrard favorit li jkun il-manager il-ġdid ta’ Aston Villa

Aqra wkoll

Aston Villa mistennija jagħmlu approċċ formali ma’ Rangers fit-tentattiv biex jitkellmu ma’ Steven Gerard biex isir il-manager tagħhom stess din il-ġimgħa. 

Għalkemm Roberto Martinez jinsab ukoll fil-lista qasira biex jieħu post Dean Smith, li tkeċċa nhar il-Ħadd li għadda, Gerrard huwa l-mira ewlenija tal-Villa u jriduh jiffirma kuntratt mill-aktar fis biex jipprepara għall-partita li jmiss, dik kontra Brighton, fl-20 ta’ Novembru.

Is-sidien Nassef Sawiris u Wes Edens u l-kap eżekuttiv Christian Purslow huma mpressjonati bix-xogħol li għamel Gerrard f’Ibrox, fejn rebaħ it-titlu tal-Premiership Skoċċiż fl-istaġun li għadda, u kisser is-sekwenza u l-monopolju ta’ Celtic hekk kif rebħu l-kampjonat għal disa’ darbiet konsekuttivi. 

Sport