Wednesday, May 13, 2026

Ngħollu l-kwalità ta’ pajjiżna

Aqra wkoll

Fl-aħħar snin, pajjiżna għamel suċċess kbir ekonomiku. L-ekonomija ta’ pajjiżna kibret b’rati mingħajr ebda preċedent. Ir-rata tal-ħolqien tax-xogħol kienet waħda għolja ferm. Il-fiduċja fl-ekonomija tagħna baqgħet b’saħħitħa u minkejja l-isfidi fuq livell internazzjonali, xorta l-ekonomija ta’ pajjiżna qed tħares ‘l quddiem b’ottimiżmu.

Is-suċċess ekonomiku tal-aħħar snin ma nistgħux narawh bħala l-punt tal-wasla iżda jeħtieġ li narawh bħala l-qafas ta’ bidu ta’ suċċessi ġodda b’inizjattivi biex togħla l-kwalità ta’ pajjiżna. Dak li sar fl-aħħar snin, irid jiġi aġġornat. Irridu naraw kif intejbu l-ħidma li wasslet għas-suċċessi li seħħew u pajjiżna jibda’ jintroduċi sistemi li jtejbu l-kwalità ta’ kif isiru l-affarijiet.

Turiżmu

Settur li ra tkabbir sena wara oħra huwa s-settur tat-turiżimu. In-numru ta’ turisti baqa’ jiżdied. Fejn qabel dan is-settur kien jopera f’ċertu xhur tas-sena, issa tista’ tgħid li f’pajjiżna għandna settur tat-turiżmu is-sena kollħa. Din l-attività turistika wasslet għal aktar investiment u bosta huma dawk il-Maltin li llum daħlu b’xi mod jew ieħor joffru xi tip ta’ servizz jew ieħor f’dan is-settur.

Il-Partit Laburista fil-manifest tiegħu, qed iressaq ‘il quddiem numru ta’ proposti maħsuba biex jindirizzaw il-ħtieġa ta’ aktar kwalità fis-settur. Wieħed irid isemmi l-għajnuna addizzjonali li se tingħata lill-kunsilli lokali. Importanti li filwaqt li jkollna tisħiħ ta’ dan is-settur, importanti li fil-ħidma tingħata aktar attenzjoni lil kommunitajiet u r-residenti l-aktar qrib l-attività turistika.

L-impenn fiż-żmien li ġej irid ikun aktar iffukat fuq it-titjib fil-kwalità u t-tisħiħ ta’ dan is-settur li ħoloq tant ġid f’pajjiżna.

Settur tas-saħħa

L-istorja tgħallimna li l-Partit Laburista kien il-Partit li daħħal id-dritt tas-saħħa b’xejn għal kulħadd. Huwa l-Partit li ħadem bi sħiħ biex ikollna settur tas-saħħa li joffri l-aqwa servizz. Matul is-snin, grazzi għall-investiment li sar fl-infrastruttura tal-qasam tas-saħħa u grazzi għall-professjonijiet u ħaddiema fil-qasam tas-saħħa mill-aqwa, pajjiżna għandu settur tas-saħħa ta’ kwalità għolja ħafna.

F’dan il-qasam wkoll, qed isiru proposti importanti biex dan is-settur ikompli jissaħaħ. Settur li se jara investiment fit-tkabbir tal-faċilitajiet u sptarijiet li għandna f’pajjiżna, iżda mhux biss, se jkun hemm investiment f’aktar apparat, aktar mediċini u aktar inizjattivi favur il-prevenzjoni fil-qasam tas-saħħa.

Dan uħwa pjan maħsub li se jkompli jibni fuq it-tajjeb li sar tul is-snin. IL-kredenzjali tal-gvernijiet Laburisti fil-qasam tas-saħħa huma li l-poplu baqa’ dejjem igawdi minn servizzi tas-saħħa mill-aqwa b’xejn għal kulħadd. Is-snin li ġejjin se jkomplu jiżġuraw aktar suċċessi f’dan il-qasam.

L-istħarriġ tal-opinjoni

Minn żmien għal żmien, jiġu ppubblikati surveys li jagħtu ritratt tal-opinjoni tan-nies. Kull survey joħloq dibattitu sħiħ speċjalment fuq il-media soċjali b’interpretazzjonijiet, diskussjonijiet u kummenti li ma jieqfu xejn.

Kull elezzjoni ġenerali tibda’ xejn b’xejn. Kulħadd irid iżomm f’moħħu li l-unika survey li jgħodd ħuwa dak li jibda’ fis-7 ta’ filgħodu u jispiċċa fl-10 ta’ bil-lejl nħar it-30 ta’ Mejju. Il-vot tiegħek jagħmel l-għażla għal pajjiżna għaż-żmien li ġej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport