Monday, April 27, 2026

Nhar il-Ħamis tintemm il-konsultazzjoni pubblika fuq il-Parks Nazzjonali

Aqra wkoll

Project Green għadha kemm ħabbret li l-konsultazzjoni dwar it-tliet parks nazzjonali – White Rocks, Manoel Island u Fort Campbell se tkun qed tiġi fi tmiemha nhar il-Ħamis 30 t’April.

Dan hekk kif lura f’Diċembru tnediet il-kampanja Shape your Space, fejn Project Green skatat proċess ta’ konsultazzjoni u iltaqgħet ma stakeholders differenti, minn anzjani għall-iskejjel primarji u sekondarji, studenti Universtarji, NGOs u Kunsilli Lokali.

Din il-konsultazzjoni bbażżat ruħha fuq kampanja sħiħa, fejn il-pubbliku ġie mħeġġeġ jissottometti l-ideat tiegħu fuq kif jixtieq jara dawn il-parks jiġu żviluppati.

Fuq il-pjattaforma, Parks in Malta – kulħadd jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu, minn tfal s’adulti.

Permezz ta’ logħob interattiv, tfal tal-primarja jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom permezz Become a Junior Steward l-istudenti jistgħu jitgħallmu aktar fuq l-istorja ta’ dawn is-siti, kif ukoll jissottomettu l-ideat tagħhom permezz ta’ logħob bħal crossword, tpinġijiet u stickers elettroniċi li mbagħad permezz ta’ badges jinħareġ ċertifikat.

Young Voices – li qegħda fuq il-pjattaforma Parks in Malta – hija mmirata għal żgħażagħ sa sbatax-il sena, fejn permezz ta’ survey  huma ukoll jistgħu jgħaddu l-opinjonijiet tagħhom fuq il-parks nazzjonali futuri tal-White Rocks, Manoel Island u Fort Campbell.

Fl-istess waqt, adulti minn 18-il sena ‘l fuq jistgħu jgħaddu l-ideat tagħhom permezz tal-pjattaforma Have your Say.

Fadal l-aħħar ġranet biex tingħalaq din il-konsultazzjoni, għalhekk il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jissottometti l-ideat tiegħu sa nhar il-Ħamis 30 t’April fuq https://parksinmalta.mt/have-your-say/ .

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport