Niġerjan ta’ 24 sena ġie kkundannat tliet snin priġunerija wara li nstab ħati li darab b’mod gravi lil żagħżugħ li kellu argument miegħu. Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ tmur lura għas-sena li għaddiet fil-Qawra.
Il-Prosekuzzjoni qalet li meta l-Pulizija marru fuq il-post sabu lil akkużat Desmond Sylvester u lill-vittma mixħutin fuq xulxin ma’ l-art, fejn karozza li kienet kollha demm u kellha xi ħsarat.
Ġie nnutat kif l-akkużat kellu ammont konsiderevoli ta’ demm f’idu, filwaqt li l-vittma kien qed isofri minn ġrieħi f’wiċċu u f’idejh. Intqal li t-tnejn li huma ttieħdu l-isptar, fejn l-akkużat ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi, u Ebende bi ġrieħi ħfief.
Id-difiża ta’ Sylvester qalet li dan kien qed jaġixxi biex jiddefendi ruħu, tant li l-espert mediku maħtur mill-Qorti qal li dan kellu ġrieħi ta’ difiża (defensive wound) f’idejh.
Fil-Qorti xehdu żewġ persuni li raw liż-żewġt irġiel imqabbdin f’xulxin, imma ma setgħux jgħidu min beda jħebb għal min, bil-Prosekuzzjoni ma tressaq ebda filmati ta’ kif bdiet il-ġlieda.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Marse-Ann Farrugia kkundannat lil Sylvester sentenza effettiva u li minnhom irid jitnaqqas iż-żmien li dam arrestat. Huwa kien ordnat iħallas ukoll nofs l-ispejjeż tal-esperti fi żmien sitt xhur