Wednesday, April 24, 2024

“Ninsab lura … Pazjenti oħra għenuni negħleb żmien iebes”

Aqra wkoll

Claire Chircop ferrħet lil bosta b’messaġ ta’ kuraġġ li kitbet fl-aħħar ħin fuq il-profil tagħha. Hija spjegat li tinsab lura f’darha wara terapija speċjalizzata fl-Ingilterra.

Hija spjegat li filwaqt li tinsab kuntenta li tinsab lura, għandha swied ta’ qalb minħabba residenti li ħalliet warajha fir-residenzi ta’ Puttinu hemmhekk.

“Matul il-perjodu li għamilt hemm, għamilt ħbieb ma’ diversi persuni; kemm pazjenti kif ukoll qraba tagħhom u l-ħbiberija li bnejna bejnietna ma tiddeskrivhiex. Il-fatt li qsamt magħhom l-esperjenza tiegħi magħhom għenitni ngħaddi minn dan il-vjaġġ iebes tiegħi”, spjegat Claire.

Intant hija ma setgħetx tagħlaq bla ma tirringrazzja lil Puttinu Cares għall-akkomodazzjoni li pprovdewlha matul l-interventi tagħha fl-Ingilterra.

Sport