Friday, April 17, 2026

Nirien f’waħda mill-akbar raffineriji taż-żejt fl-Awstralja

Inċident fi żmien ta’ pressjoni għas-sigurtà tal-fjuwil…

Aqra wkoll

Hekk kif iż-żejt bħalissa huwa l-aktar riżorsa li kulħadd qiegħed jieħu ħsieb, fl-Awstralja seħħ inċident f’waħda mill-akbar raffineriji taż-żejt. 

In-nirien f’din ir-raffinerija f’Geelong tal-kumpanija “Viva Energy” fl-Istat ta’ Victoria, ġew f’mument kritiku hekk kif dan in-nazzjon u mhux waħdu, qiegħed jiffaċċja pressjoni biex isaħħaħ is-sigurtà tal-fjuwil minħabba li l-gwerra fl-Iran li qiegħda tfixkel il-provvista globali. Fil-fatt, esperti qegħdin iwissu li l-Awstralja tinsab fi stadju fejn ikollha tidħol fit-tieni stadju tal-pjan ta’ emerġenza dwar il-fjuwil propost mill-Gvern. Dan il-pjan jinkludi fost l-oħrajn miżuri biex l-Awstraljani jaħdmu mid-dar.

Minn informazzjoni li taw l-awtoritajiet lokali r-raffinerija f’Geelong tipproduċi mal-120,000 barmil kuljum. Ħabbru wkoll li sal-bieraħ in-nirien kienu diġà kkontrollati.

Sadanittant rapporti qalu li waqt dan l-inċident instemgħu splużjonijiet u li r-residenti ntalbu jibqgħu fi djarhom. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport