” Nirringrazzja lil Alla li għadni ħajja! Madankollu, f’dan il-mument, ma nistax nipprovdi aġġornament uffiċjali dwar ir-riżultat tal-operazzjoni, peress li għadni ma kellix iċ-ċans li nitkellem mal-kirurgu wara l-operazzjoni”.
Dan kien il-messaġġ li wasslet Ingrid Sammut, waħda mill-parteċipati ta’ HazZzard, li bħalissa qiegħda tissielet kontra l-kanċer u li propju matul il-ġimgħa li għaddiet kellha tiddaħħal l-Isptar sabiex issirilha operazzjoni.
Sadanittant, irringrazzjat lil kulħadd tal-ħsibijiet u t-talb tal-pubbliku matul dan iż-żmien.