Tuesday, April 1, 2025

“Nirringrazzja lil poplu Malti u Għawdxi talli se ċans ieħor biex ngħix”

- Intervista mat-tfajla Kimberly Zammit omm li għandha kanċer fil-fwied, fil-frixa u f’idejha 

Aqra wkoll

“Nixtieq nirringrazzja lin-nies ta’ dak kollu li qed jagħmlu miegħi. biex nieħu l-aħħar ċans biex ngħix għax din hija l-aħħar tama li għandi. Emminni qas nista nemmen. Bla kliem għax in-nies qed jgħinu ħafna. Nixtieq nirringrazzja lil Josette Busuttil u lis-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia għax bis-saħħa tagħhom l-poplu Malti vera qiegħed warajja u wara t-tifla tiegħi”

Dan kien il-messaġġ li wasslet Kimberly Zammit, omm ta’ 23 sena li għandha l-kanċer fil-fwied, fil-frixa u f’idejha f’intervistta ma’ dan il-ġurnal. 

B’tant emozzjonijiet, it-tfajla spjegatilna li t-trattament tal-kanċer dejjem sar hawn Malta u anke l-kimoterapija. Spjegat li l-unika darbli telgħet kien l-Ingilterra għal kura hemmhekk minħabba li ġiet operata f’idejha. 

Irirmarkat kif il-professjonisti qalula li t-trattament hawn Malta ma bediex jaħdem u allura ma seta jsir xejn iktar. Madanadkollu dan xejn ma qatalha qalbha lil Kimberly għaliex għamlet ir-riċerka u riedet tara x’se tagħmel għax jekk mhux għaliha, għat-tifla. 

Qaltilna; “Jiena se nitla’ l-Ġermanja sabiex nieħu t-trattament hemmhek. Mhix se tkun faċli ħafna għax bħala spejjeż ovvjament il-fianzi bħal ma jaf kulħadd hemmhekk mhumiex irħas. Se jkun trattament direttament fejn għandi l-kanċer u jtini dirett ġo fiha. Dan mhux se jkun tratament ta’ darba iġifieri se nitla hemmhekk darba fix-xahar”. 

Kompliet tgħid li għal kemm perjodu għalissa ma tistax  tgħid il-għaliex ma qaluliex però, li taf żgur hu li darba fix-xahar trid tibda titla ġimgħa sħiħa toroqd hemmhekk u matul l-istess perjodu, se jsirulha żewġ sezzjonijiet. 

Tenniet li minkejja li bintha għadha żgħira fl-età, tifhem ħafna. Tant li meta tkun l-Isptar tgħidlha “mummy inti qiegħda għand id-doctor”. Kien hawn fejn spjegatilna li dan il-vjaġġ mhu faċli xejn minħabba li se jkollha tħalli lil bintha warajha. 

It-tfajla kuraġġuża minkejja kull ostaklu għalqet din l-intervista billi rrigrazzjat lil poplu Malti u Għawdxi tad-donazzjonijiet li qegħdin jagħtu. Kif jgħid il-qawl Malti, kull qatra tgħodd. 

Wieħed jista’ jagħti l-għajnuna tiegħu permezz ta’ BOV Mobile fuq 7949 5669 jew inkella permezz ta’ Revolut jew APS fuq 7939 3960

Sport