Wara li nhar il-Ġimgħa li għaddiet fuq pajjiżna kellna ammont ta’ xita, tant li ntlaħqet diġà l-medja għal Marzu, mil-lum it-temperatura se togħla f’daqqa u din mistennija li tibqa’ hekk sa nhar il-Ħadd li ġej.
Fil-fatt matul din il-ġimgħa qegħdin nistennew temperatura ta’ madwar 20°C
Fil-fatt, illum it-temp mistenni li jkun imsaħħab b’riħ forza 5 mix-Xlokk. L-ogħla temperatura tkun 20°C filwaqt li l-inqas 14°C. Imbgħad għada t-Tlieta filwaqt li jibqa’ ftit imsaħħab b’riħ mill-Grigal forza 3 t-temperatura togħla ftit ieħor meta tmiss il-21°C filwaqt li l-inqas tkun 15°C.
L-Erbgħad imbgħad it-temp jisbaħ imsaħħab li jissaħħab ħafna bir-riħ ikun varju. Dakinhar it-temperatur tkun bħal tal-ġurnata ta’ qabel.
Il-Ħamis imbgħad ir-riħ idur mill-Punent Majjistru forza 3 bl-għola temperatura tmiss l-20°Cfilwaqt li l-inqas 14°C.
Qiegħda ikun imbassar li fi tmiem il-ġimgħa t-temp se jkun xemxi, iżda bi ftit riħ. Fil-fatt il-Ġimgħa t-temp se jkun xemxi b’riħ forza 4 għal 5 mix-Xlokk, iżda t-temperatura hawn tkompli togħla meta l-ogħla mistennija tmiss it-22°C filwaqt li l-inqas 14°C.
Is-Sibt imbgħad ir-riħ filwaqt li jibqa’ fl-istess direzzjoni jonqos għal forza 3 u 4 bl-ogħla temperatura tkun 21°C u l-inqas 14°C. Il-Ħadd it-temp mistenni li jkun ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna b’riħ mill-Majjistral forza 3 għal 4. Dakinhar l-ogħla temperatura tkun 20°C filwaqt li l-inqas 14°C.