Sunday, December 22, 2024

“Nixtieq li nitgħallmu niddiskutu waqt li nuru aktar rispett lejn xulxin allavolja ma naqblux”

Jgħid dan il-President George Vella waqt laqgħa mas-sindki tar-Reġjun Xlokk

Aqra wkoll

Waqt it-tielet laqgħa li l-President ta’ Malta George Vella kellu ma’ wieħed mir-reġjuni f’Malta, il-President appella biex nitgħallmu niddiskutu b’aktar rispett lejn ħaddieħor.

Dan qalu waqt li flimkien mas-Sinjura Vella ltaqa’ mas-sindki tal-kunsilli lokali li jiffurmaw parti mir-Reġjun Xlokk. Matul din il-laqgħa, il-President sema’ dwar esperjenzi li stqarr li jirrepetu ruħhom f’kull reġjun fosthom dawk taż-żamma tal-indafa, il-kostruzzjoni u l-ambjent.

Il-President fisser li f’dan ir-reġjun spikkaw sfidi fost l-oħrajn tal-integrazzjoni u anke x-xewqa li jkun hemm aktar kollaborazzjoni bejn il-gvern lokali u dak ċentrali.

Filwaqt li esprima sodisfazzjon għall-parteċipazzjoni mis-sindki kollha, ħeġġiġhom biex jaħsbu f’inizjattivi b’rabta mal-proġett tal-għaqda nazzjonali.

Min-naħa tiegħu, il-President tar-Reġjun Xlokk, Paul Farrugia, wera l-apprezzament tiegħu għal din l-inizjattiva mill-President George Vella, inizjattiva li qal li hija xhieda ta’ president li jemmen fil-gvern lokali u li jrid ikun qrib tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Ekonomija

Sport