“Ilni nsuq fil-motorsports ftit ġimgħat biss u meta tkellimt ma’ sħabi dwar dan l-isport baqgħu mistagħġbin li bħala tfajla għażilt l-karting.
Għandi 11-il sena u qisu għalihom li tifla tagħmel dan l-isport mhux xi ħaġa komuni għax normalment sħabi jitkellmu ħafna aktar fuq affarijiet tal-bniet bħalma huma l-kant jew iż-żfin l-aktar.

Kollox beda minn ħija, kont niġi magħhom hawnhekk u bdejt ninteressa ħafna ruħi. Kif offrieli li nibda nsuq missieri mill-ewwel aċċettajt u nħares ’il quddiem biex inkun nista’ nkompli ntejjjeb il-livell.
Jiena ċerta ħafna li la nikber nixtieq inkompli dan l-isport għax huwa l-favorit tiegħi u nemmen li l-opportunitajiet se jkomplu jikbru anke meta nisma’ dwar proġetti ta’ investiment bħalma smajna dan l-aħħar, inħoss ċertu determinazzjoni biex insir aħjar u ’l quddiem nirrapreżenta lil Malta”
Delcine Galea

“Ilni nsuq erba’ xhur u ħadt gost meta oħti bdiet tagħmel bħali. Jien għandi erba’ snin u nieħu gost ħafna niġi hawn insuq. Nieħu ħafna gost meta nerbaħ it-tlielaq.

Il-papa jkun kuntent ħafna meta jżommli l-ħin u ftit ilu għamilna l-aħjar track record kemm ilna niġu. Irnexxieli nagħmel dawra f’57.28 s u l-papa beda jaqbeż.
Il-papa qalli li jekk inkompli nerbaħ se joħodni biex insuq barra minn Malta u nkun nista’ nsuq ma’ tfal oħra hemmhekk ukoll.”
Solberg Galea