Monday, April 27, 2026

Norbert Attard … jibqa’ wieħed mill-aktar ismijiet influwenti fid-darts Maltija … bi tmien titli tal-Premier League fil-kurrikulu diġa’ vast tiegħu

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Norbert Attard ikkonferma għal darb’oħra l-istatus tiegħu bħala wieħed mill-aqwa plejers tad-darts f’Malta fil-preżent meta rebaħ il-Premier League of Darts 2026 għat-tmien darba fil-karriera tiegħu, wara finali eċċitanti kontra Mario Sciascia li spiċċat 7-5.

Kienet kompetizzjoni fejn Attard wera konsistenza, kalma u esperjenza, b’rebħiet importanti li wassluh sal-quċċata mill-ġdid.

Fil-mixja tiegħu lejn it-titlu, Attard kellu prestazzjonijiet stabbli, inkluż rebħa ta’ 5-3 fis-semifinali kontra Enrico Scerri. Sciascia min-naħa tiegħu wasal sal-finali wara li elimina lil Albert Scerri 5-2, iżda fil-finali ma setax jegħleb il-preċiżjoni u l-kalma ta’ Attard fil-mumenti kruċjali.

“Il-Premier League kien pożittiv ħafna għalija,” qalilna Attard f’din l-intervista li ta lil dan is-sit. “Għaddejt għall-fażi tal-aħħar għaxra irbaħt disa’ logħbiet, u wasalt sal-aħħar erbgħa mingħajr telfa. Il-finali kienet eċitanti ħafna, u kull logħba kienet teħtieġ sagrifiċċju u attenzjoni massima.”

Norbert Attard huwa isem stabbilit fid-dinja tad-darts Maltija, magħruf għall-preċiżjoni tiegħu u l-esperjenza internazzjonali. Hu rrappreżenta lil Malta f’kompetizzjonijiet tal-WDF u PDC, inkluż it-Tazza tad-Dinja tad-Darts, fejn kiseb esperjenza kontra wħud mill-aqwa plejers fid-dinja.

Iżda kif bdiet l-imħabba tiegħu lejn id-darts?

“L-imħabba tiegħi lejn id-darts bdiet meta kont nilgħab f’bar fil-Marsa ma’ ħija David, u bdejna team fit-tielet diviżjoni madwar tlettax-il sena ilu,” jispjega. “Minn hemm beda l-vjaġġ tiegħi. Qatt ma ħsibt li se nasal sa dan il-livell, imma l-ħidma u l-konsistenza wassluni hawn.”

Matul is-snin, Attard rebaħ kważi kull unur possibbli fid-darts Maltija. Hu champion ta’ Malta diversi drabi u wkoll rebaħ l-unur tal-plejer tas-sena f’aktar minn okkażjoni waħda. Fuq livell internazzjonali kiseb bronż fil-WDF Euro Cup, rebħa fl-Italian Grand Masters Open Singles, kif ukoll unuri fil-Mediterranean Cup, fejn rebaħ midalji tad-deheb, fidda u bronż fuq diversi snin.

“Jien dejjem nipprova naħdem biex inkun aħjar,” jgħid Attard. “Il-kompetizzjoni ma tieqaf qatt. Anke jekk tirbaħ, dejjem trid tfittex kif ittejjeb ruħek.”

Attard jenfasizza li d-darts mhijiex biss logħba ta’ teknika, iżda wkoll ta’ mentalità u konċentrazzjoni. “Psikoloġikament trid tkun b’saħħtek ħafna. Hu sport ta’ fokus, kull throw jew tefgħa jgħodd,” jispjega. “Fizikament ukoll trid tipprattika kontinwament. Aktar ma tipprattika, aktar tikber il-kunfidenza.”

Hu jżid li l-aspett professjonali f’Malta għadu limitat meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra. “Il-livell f’Malta huwa tajjeb, imma sfortunatament m’għandniex il-professjonalità li hemm barra. Għandna talent, imma rridu aktar struttura biex navvanzaw.”

Minkejja s-suċċessi kollha, Attard jibqa’ ffukat fuq il-futur. “Qed nara l-futur tiegħi f’dan l-isport b’ottimiżmu. Għandi riżultati tajbin u nixtieq nagħmel il-pass lejn professjonalità sħiħa, anke jekk mhix faċli.”

Hu jħoss ukoll li Malta għandha potenzjal kbir. “Id-darts qed jikber madwar id-dinja u sar wieħed mill-aktar sports segwiti fuq ġewwa. Aħna għandna talent u nistgħu nikkompetu, imma rridu aktar opportunitajiet.”

Matul il-karriera tiegħu, Norbert Attard bena wkoll reputazzjoni bħala plejer li dejjem jagħti eżempju pożittiv kemm ġewwa kif ukoll barra mill-post tal-logħob. Huwa jemmmen ħafna fl-importanza tal-għaqda u r-rispett bejn il-plejers, speċjalment fi sport fejn il-kompetizzjoni tista’ tkun intensa ħafna. “Għalija d-darts mhijiex biss dwar ir-riżultat, imma wkoll dwar ir-relazzjonijiet li tibni u l-ambjent li toħloq madwarek,” jgħid.

Attard jenfasizza li kull turnament iġib miegħu tagħlim ġdid, anke meta jirbaħ, u għalhekk qatt ma jieqaf janalizza l-logħba tiegħu biex jidentifika fejn jista’ jtejjeb. Huwa jħoss ukoll li l-esperjenza internazzjonali għenitu jikber mentalment, speċjalment meta kkompeta kontra plejers minn pajjiżi fejn id-darts huwa sport professjonali u ferm aktar avvanzat.

Dan tah motivazzjoni biex jibqa’ jimbotta l-limiti tiegħu. Barra minn hekk, Attard jara rwol importanti fil-promozzjoni tad-darts fost iż-żgħażagħ f’Malta, billi jemmen li hemm ħafna talent li jista’ jitla’ jekk jingħata l-opportunità t-tajba.

Huwa jħeġġeġ lil min jixtieq jibda din il-logħba biex ikun paċenzjuż, jiddedika ħin għall-prattika u ma jaqtax qalbu meta jiltaqa’ ma’ diffikultajiet. Skont hu, is-suċċess jiġi biss permezz ta’ konsistenza, dixxiplina u passjoni vera għall-logħba.

Attard jitkellem ukoll dwar l-importanza tal-appoġġ li dejjem irċieva matul il-karriera tiegħu, kemm minn sħabu tat-tim kif ukoll mill-familja. Hu jemmen li mingħajr dan l-appoġġ, ikun ferm aktar diffiċli li plejer jibqa’ motivat u konsistenti fuq perjodu twil ta’ żmien.

“Kull suċċess li ksibt ma ġiex waħdi. Dejjem kien hemm nies warajja li emmnu fija u għenuni nibqa’ miexi ’l quddiem,” jgħid. Dan l-appoġġ, flimkien mad-determinazzjoni personali tiegħu, kienu fatturi kruċjali li għenuh jilħaq livell għoli fil-karriera tiegħu.

Bħala plejer u bħala persuna, Attard jagħlaq b’messaġġ ċar: “Meta tidħol fl-isport, ħajtek tista’ tinbidel biss għall-aħjar. Id-darts tani ħbieb, esperjenzi u opportunitajiet li qatt ma kont nimmaġina. L-importanti hu li tgawdi l-logħba u tirrappreżenta lil pajjiżek bi kburija.”

Norbert Attard jibqa’ wieħed mill-aktar ismijiet influwenti fid-darts Maltija, u bi tmien titli tal-Premier League li jiżdiedu mal-kurrikulu diġa’ vast tiegħu. B’hekk dan il-vjaġġ tiegħu li beda ftit tas-snin ilu, jidher ’il bogħod milli jispiċċa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport