Saturday, December 21, 2024

Norma Saliba se tikkontesta għall-kariga ta’ President tal-PL

Aqra wkoll

Wara li xeħet in-nomina l-eks Sindku tal-Imsida Alex Sciberras issa xeħtet isimha għall-elezzjonijiet interni tal-Partit Laburista Norma Saliba, li illum għandha l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti.

“Wara ħafna ħsieb u diskussjonijiet, iddeċidejt li naċċetta l-istedina li għamilli l-Prim Ministru Robert Abela biex nitfa’ n-nomina għall-kariga ta’ President tal-Partit Laburista”. Iddikjarat dan Norma Saliba.

Hija rringrazzjat lill-Ministru Ian Borg u lid-Deputat Ewroparlamentari Alex Agius Saliba tal-appoġġ f’din id-deċiżjoni, kif ukoll lid-delegati li ħeġġewha tagħmel dan il-pass.

“Jeħtieġ impetu ġdid u ideat friski bħala parti mill-proċess kontinwu ta’ tiġdid fil-partit. Se naħdem b’ħilti kollha biex nara li titwettaq ix-xewqa tad-delegati u l-attivisti kollha tagħna li l-Partit Laburista jibqa’ l-ikbar forza politika f’Malta u Għawdex fiż-żmien li ġej!”, temmet tgħid Norma Saliba.

Ekonomija

Sport