Novak Djokovic kellu wirja mill-aqwa u għeleb lil Jannik Sinner fil-partita għat-titlu tal-Finali Nitto ATP. Wara prestazzjoni mill-aqwa, il-player ta’ 36 sena issa jinsab waħdu b’rekord ta’ seba’ titli fil-finali tal-istaġun.
Is-Serb kien fl-aqwa tiegħu fir-rebħa ta’ 6-3, 6-3 kontra t-Taljan, fejn tilef biss żewġ punti fl-ewwel seba’ logħbiet tas-service tiegħu biex irnexxielu jittrijonfa f’partita li damet madwar siegħa u 43 minuta.
“Huwa wieħed mill-aqwa staġuni li kelli f’ħajti, bla dubju,” qal Djokovic. Ninsab kburi ħafna bil-wirjiet f’dawn l-aħħar jumejn kontra Alcaraz u Sinner, probabbilment l-aqwa żewġ plejers fid-dinja flimkien miegġi u ma’ Medvedev bħalissa.
Djokovic kien megħlub minn Sinner fil-fażi tal-gruppi iżda dawwar dak ir-riżultat fil-finali – xi ħaġa li kien gġaml ukoll kontra Roger Federer fil-finali tal-istaġun tal-2015.