Monday, May 13, 2024

“Oliver ma kienx kapaċi jifhem il-ġlied fuq il-każini, futbol jew politika … jitbissem lil kulħadd”

Tingħata l-aħħar tislima lil Oliver Goodrum magħruf bħala “it-Tutu”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Karattru ferrieħi u ħelu f’persuna li l-preżenza tiegħu tgħallimna nkunu bħas-Sammaritan it-tajjeb”. Hekk iddeskriva lil Oliver Goodrum magħruf bħala “it-Tutu” iċ-ċelebrat li aktar kmieni mexxa l-quddiesa tal-funeral tiegħu.

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza kompla biex iżid li Oliver kellu l-affiljazzjonijiet tiegħu mal-każini tal-banda, futbol u anke politika imma xorta kien iħares fil-wiċċ u joffri tbissima lil dawk b’affiljazzjonijiet differenti minn tiegħu u għalhekk kien rispettat.

Barra minn hekk, il-mibki Oliver lanqas ma kien jifhem għaliex in-nies jiġġieldu fuq dawn l-affarijiet għax għalih id-differenza ma kinitx theddida, iżda xi ħaġa sabiħa. 

Hu jibqa’ mfakkar fost diversi komunitajiet b’mod speċjali dawk ta’ Birkirkara li għenuh iħossu wieħed minnhom.

Fost il-ħafna persuni li sellmu l-memorja tiegħu, Blanzuni Elenjani Tal-Għama A.D 2013 fakkru l-kontribut tiegħu fil-ħadma tal-liedna u l-irfigħ tal-istandard. Żgur ħadd mhu ma kien joħodulu l-Istandard waqt is-servizzi … “Kemm konna niċċajtaw miegħu u konna ngħidulu se npartuk ma’ Peppu tal-Bagri!”

Oliver ħalla lil bosta maħsudin bil-mewt tiegħu ftit sigħat wara li kien qiegħed jiċċelebra l-festa taż-Żurrieq proprju l-ġimgħa li għaddiet, festa li kien ikun ilu sena sħiħa jistennieha.

Sport