Saturday, December 21, 2024

“Ommi, Michelle, Etoile, Soleil u jiena inħobbuk ħafna”- Joseph Muscat issellem il-memorja ta’ missieru

Aqra wkoll

“Missieri ħalliena llum. Kien ilu sentejn u nofs jiġġieled tumur mill-aktar aggressivi. Meta sabuh kienu tawh ftit xhur ħajja, iżda baqa jiġġieled bla ma qata qalbu. Dawn is-sentejn u nofs kienu grazzja kbira avolja l-inkwiet keddu.
Kont qed nittama li se jkun qed jara t-tielet Festa tas-Salvatur, li kien jgħix għaliha, waqt li kien għaddej minn din it-taqbida. Iżda kollox dar f’24 siegħa. Id-destin ried li ma kellix ix-xorti nkun miegħu fl-aħħar nifs”

Dan iddikjarah l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, f’messaġġ fuq Facebook, fejn spjega li jħossu seren għax hu u missieru kienu vera qrib ta’ xulxin, anke f’dawn is-sagħtejn u nofs li għaddew.

Muscat spejga li missieru ħadem għall-familja u li għallmu jgħożż il-bżulija u li l-akbar valur għalih kienet l-edukazzjoni. Qal ukoll; “Forsi l-unika darba li qatt waqafli b’mod sod kien meta hekk kif spiċċajt l-iskola kelli offerta ta’ xogħol b’paga li għal dak iż-żmien kienet tajba ħafna u kont se nibda naħsibha. Qalli ma seta qatt jaqbel li ma nkomplix bl-edukazzjoni, u mbagħad meta nispiċċa mill-Universita’ stajt nagħmel li rrid.”

Fl-istess messaġġ, Joseph spjega li għallmu li għandu jħobb u mhux jobgħod, li jaħdem biex jagħmel il-ġid u mhux id-deni. Missieru kien jisma għexieren ta’ persuni li jmorru għandu għall-għajnuna u ma kienx jiddejjaq iseffaq wiċċu għal ħaddiehor, mhux għalih u ma kienx jaċċetta le bħala tweġiba.

Irrakonta li ħajtu għamilha fil-festi u kien jaf prattikament lil kull persuna involuta f’kull belt u raħal. Iddiskrevih bħala persuna li kien ikollu kelma ta’ tifħir u ta’ għajnuna għal kulħadd u li kien l-aktar persuna metikoluż u jibża min-nar avolja kienet l-imħabba ta’ ħajtu.

Fost dawk l sellmu il-memorja ta’ Salvu Muscat, kien hemm il-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela; “Insellem il-memorja ta’ Salvu Muscat, persuna li kull meta kellimtu rajt fih raġel mill-iktar ġentili u ta’ valuri sodi”.

Ekonomija

Sport