Monday, June 29, 2026

Opera in the Capital: Suċċess ieħor mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt li għadda, Pjazza San Ġorġ inbidlet f’teatru miftuħ permezz ta’ edizzjoni oħra tal-Opera in the Capital. Dan il-kunċert kien indimentikabbli u li fih għaqqad flimkien artisti Maltin ta’ fama internazzjonali, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u programm mimli kapolavuri operistiċi, mużika miċ-ċinema u klassiċi maħbuba fosthom klassiċi Maltin.

Bi produzzjoni tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, l-edizzjoni ta’ din is-sena ppreżentat lit-tenuri rinomati Alan Sciberras u Cliff Zammit Stevens, flimkien mal-mezzo-sopran Marvic Monreal, li kisbet rikonoxximent fuq uħud mill-aktar teatri tal-opra prestiġjużi madwar l-Ewropa. 

Magħhom ingħaqdet ukoll l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt id-direzzjoni ta’ Ryan Paul Abela, biex dawn wasslu esperjenza mużikali. Il-lejla offriet wkoll biċċiet maħbuba ħafna bħal Il Mondo, it-tema ikonika mill-film Gladiator, My Way, mużika Maltija u għażla ta’ klassiċi Naplitani li huma apprezzati ferm minn udjenzi madwar id-dinja.

 Opera in the Capital 2026 laqa’ kemm lill-Maltin kif ukoll turisti li żaruna f’dawn il-ġranet. Filwaqt li għaqqad flimkien prestazzjonijiet live eċċezzjonali, il-grandjożità ta’ orkestra sinfonika sħiħa u l-atmosfera sabiħa tal-Belt Valletta, ħoloq lejla sajfija memorabbli għall-familja kollha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport