Monday, June 29, 2026

“Se nibqa’ naħdem biex niġġieldu kull każ ta’ moħqrija jew negliġenza, filwaqt li nkomplu nħarsu l-benesseri tal-annimali”

- Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said

Aqra wkoll

“Uffiċjali tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, bl-assistenza tal-Korp tal-Pulizija, wettqu konfiska ta’ numru ta’ klieb li allegatament kienu jeħtieġu intervent mediku immedjat.

Grazzi lid-Direttur għall-Ħarsien tal-Annimali flimkien mal-uffiċjali kollha involuti għax-xogħol siewi li jagħmlu. Se nibqa’ naħdem biex niġġieldu kull każ ta’ moħqrija jew negliġenza, filwaqt li nkomplu nħarsu l-benesseri tal-annimali”. 

Iddikjarat dan is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ħarsien tal-Annimali Alicia Bugeja permezz ta’ mesaġġ fuq il-mezzi soċjali, hekk kif b’ħidma konġunta minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali, flimkien ma’ membri mill-Korp tal-Pulizija, ġew kkonfiskati numru ta’ annimali mis-Siġġiewi. Dan wara li dawn allegatament kienu qed jinżammu f’kundizzjonijiet mhux xierqa.

Midja lokali rrapurtat li fost l-annimali li ġew ikkonfiskati, jidher li s-sid kellu klieb tar-razza fox terrier, shitzu u kif ukoll pitbulls. Apparti minn hekk jidher li fl-istess sit, is-sid kien qed iżomm annimali tar-razzett fosthom nagħaġ, għasafar, fniek, tiġieġ u ħnieżer.

Jidher li fuq il-post mar veterinarju tal-Gvern biex jeżamina l-annimali li nstabu fir-razzett.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport