Jum memorabbli ta’ futbol, ħbiberija u gowls mill-isbaħ hekk kif ir-raba’ edizzjoni tad-David Cluett Memorial Cup laqqgħet flimkien diversi uċuħ familjari tal-futbol Malti biex tonora lill-eks gowler internazzjonali Malti li ħalliena.
Il-ġurnata offriet ħafna gowls; Valletta għelbu lil Gżira bl-iskor ta’ 6-3, b’Edmond Agius u Justin Grioli t-tnejn jiskurjaw doppjetta.
Floriana kisbu rebħa ta’ 8-4 fuq Lija, grazzi għal erba’ gowls ta’ Mano Micallef u hat-trick ta’ Bojan Kaljevic.
Kien hemm ukoll ħafna gowls fil-konfront fejn Birkirkara għelbu lil Rabat 9-3. Emerson Amaira skorja erba’ darbiet, filwaqt li Federico Marin irerġistra hat-trick.
L-akbar skor ġie rreġistrat fl-aħħar logħba tal-programm, bl-MFPA jegħlbu liż-Żurrieq 11-3. Stanimir Miloskovic kien l-aqwa skorer b’ħames gowls impressjonanti, filwaqt li Aleksander Ribic, Mark Zammit u George Frendo skorjaw doppjetta kull wieħed.
RIŻULTATI
Valletta 6-3 Gżira
Lija 4-8 Floriana
Birkirkara 9-3 Rabat
Żurrieq 3-11 MFPA
Aktar mir-riżultati, l-okkażjoni kienet dwar il-futbol, il-ħbiberija u ż-żamma ħajja tal-memorja ta’ David Cluett.
Prosit lil kull min ħa sehem f’edizzjoni oħra ta’ success!




