Monday, May 20, 2024

Pajjiżi Għarab jappoġġjaw id-“Dikjarazzjoni tal-Kajr” għal waqfien mill-ġlied fil-Libja

Aqra wkoll

Numru ta’ pajjiżi Għarab qed juru l-appoġġ tagħhom għad-Dikjarazzjoni tal-Kajr, mill-Eġittu, li tipproponi implimentazzjoni ta’ waqfien mill-ġlied fil-Libja mit-8 ta’ Ġunju. Dan għandu jwassal biex jitkompla l-proċess politiku fil-pajjiż.

L-inizjattiva tissuġġerixxi li jinżammu elezzjonijiet għall-kunsill presidenzjali li jkunu superviżjonati min-Nazzjonijiet Uniti, il-ħolqien ta’ dikjarazzjoni kostituzzjonali biex jiġu regolati elezzjonijiet aktar ’il quddiem, u t-tmiem ta’ kull interferenza minn pajjiżi barranin fl-affarijiet interni Libiċi.

L-Arabja Sawdita ħeġġet kemm lill-ġeneral Khalifa Haftar li jmexxi l-Armata Nazzjonali Libjana, u kif ukoll lill-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali biex jimplimentaw il-waqfien mill-ġlied b’mod immedjat.

Tal-istess fehma kien il-Bahrain li qal li jappoġġja l-isforzi tal-Eġittu biex tħares is-sigurtà nazzjonali Għarbija u tiddefendi l-interessi Għarab.

Sport