Sigħat biss ftit wara li Papa Ljun XIV ħareġ mill-Isptar Gemelli wara li sar intervent mediku fuqu, ħareġ fit-tieqa tal-appartament tiegħu fil-Vatikan fejn talab l-Angelus, tradizzjoni ssir kull nhar ta’ Ħadd.
Il-Papa li deher b’saħħtu sellem lill-eluf kbar ta’ persuni li nġabru fi Pjazza San Pietru fejn anke għamel riflessjoni dwar it-tagħlim tal-Knisja.




