Diversi persuni mietuu oħrajn sofrew ġrieħi kawża ta’ nirien kbar li ħakmu bażi militari Kanadiża f’Alberta.
Il-Ministru tad-Difiża David McGuinty ma kkonfermax il-kawża tan-nirien u lanqas in-numru ta’ vittmi, u ddeskriva s-sitwazzjoni bħala waħda “attiva ħafna u delikata”. Huwa qal li l-militar Kanadiż u l-awtoritajiet lokali kienu qed jikkontrollaw is-sitwazzjoni tan-nirien.
Il-Bażi tal-Forzi Kanadiżi f’Wainwright, fejn kien hemm in-nirien, hija waħda mill-aktar bażijiet tat-taħriġ militari impenjattivi fil-pajjiż.
Il-midja Kanażida rraportat li mill-inqas seba’ persuni mietu u għexieren oħra ndarbu wara li ntlaqtet linja tal-gass jew bir tal-gass waqt eżerċizzju ta’ taħriġ li kien jinvolvi l-użu ta’ munizzjon reali.
Il-Prim Ministru tal-Kanada, Mark Carney, qal li seħħ “inċident serju li wassal għal nirien kbar”, u żied jgħid li ħsibijietu “jinsabu mal-irġiel u n-nisa kuraġġużi kollha li ġew affettwati”.
It-tabib Warren Thirsk li kien qiegħed jassisti l-vittmi fl-isptar qal li numru kbir ta’ pazjenti ddaħlu bi ħruq estensiv.
Meta ġie mistoqsi kemm daħlu pazjenti, it-tabib qal li aktar milli ngħidu kemm hemm pazjenti, wieħed irid jirrikonoxxi li dan huma diżastru kbir. “Tip ta’ diżastru bħal dan isir kważi kull 15 jew 25 sena,” kompla jgħid it-Tabib.
Kien nhar is-Sibt filgħaxija meta n-nirien infirex malajr minħabba r-riħ li kien hemm.
L-awtoritajiet lokali ħeġġew lir-residenti biex jevitaw iż-żona u jagħtu prijorità lill-vetturi tas-servizzi ta’ emerġenza.
Is-sindku tal-belt qal li dan kien “jum diffiċli ħafna” għall-komunità tiegħu.



