Sunday, April 28, 2024

Papoċċ milbus minn Michael Jordan jinbiegħ għal aktar minn €1.25 miljun

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Papoċċ milbus mill-istilla tal-basketball Michael Jordan inbiegħ għas-somma rekord ta’ aktar minn €1.25 miljun waqt irkant.

Il-plejer leġġendarju kien libes dan il-papoċċ; Nike Air Ships fl-ewwel staġun tiegħu maċ-Chicago Bulls lura fl-1984.

Dik kienet is-sena li fiha Jordan u d-ditta NIke kienu bdew il-kollaborazzjoni tagħhom sabiex tibda toħroġ ilbies u żraben bil-firma tiegħu. Il-prezz mħallas huwa l-ogħla wieħed li qatt ġie offrut fejn jidħlu żraben milbusin f’kull sport.

Jordan huwa meqjus minn bosta bħala l-aqwa plejer fl-istorja tal-basketball. Huwa rtira fl-2003 u kien sar ukoll l-ewwel plejer biljunarju fl-NBA.

Sport