Thursday, March 28, 2024

“Fejn jidħlu l-anzjani, dan ma jistħoqqlux jissejjaħ budget għall-futur” – Maria Deguara

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità Maria Deguara qalet li fejn jidħlu l-anzjani, dan il-budget ma jistħoqqlux jissejjaħ budget għall-futur għax skontha “ma jindirizzax b’mod xieraq u konvinċenti l-isfidi li l-anzjani se jħabbtu wiċċhom magħhom fil-ġejjieni qarib. Mhux budget għall-futur għax nieqes mill-viżjoni fit-tul speċjalment għall-ġenerazzjonijiet li tilgħin.”

“Veru li ġew imħabbra żidiet fil-pensjonjiet. Għal ħafna dawn iż-żidiet qabel l-elezzjoni huma konferma li l-pensjonijiet prezenti kienu baxxi u ma kinux jippermettu li l-anzjani tagħna jgħixu ħajja tajba u ta’ kwalità,” qalet Deguara li aċċennat fuq il-bżonn li s-sistema tal-COLA tinbidel biex tiggarantixxi livell għajxien u dinjituż għall-pensjonanti kollha.

Hija enfasizzat ukoll li f’dan il-budget ma smajniex lanqas miżura waħda li tħajjar żgħażagħ Maltin jidħlu għal professjonijiet marbuta mal-kura “meta nafu li għandna bżonnhom illum qabel għada.”

“Lanqas ma rajna miżura wħada ta’ aprezzament lejn dawk li rriskjaw ħajjithom u dik tal-għeżież tagħhom biex jipproteġuna u jħarsuna fil-mument tal-ħtieġa. Il-Partit Nazzjonalista ppropona li bħala inċentiv jimpenja ruħu li jagħti żieda ta’ 25% tal-istipendji lil dawk l-istudenti li jidħlu għal korsijiet li pajjiżna għandu bżonn l-aktar,” tenniet Deguara.

Ekonomija

Sport