Wednesday, April 24, 2024

Penalty ta’ Kemar Reid jagħti tliet punti prezzjużi lil Floriana

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Floriana…………….1

Sirens………………..0

Kellu jkun penalty ta’ Kemar Reid fit-tieni taqsima eżattament fl-54 minuta li ta rebħa u tliet punti prezzjużi lil Floriana f’rebħa minima ta’ 1-0 kontra Sirens.

Kienu l-Greens li ħarġu fuq l-offensiva u fil-21 minuta daqqa ta’ ras ta’ Jose Ulises Arias ġiet salvata f’corner mill-goalkeeper ta’ Sirens, Matthew Grech.

Huma komplew fuq l-offensiva u sitt minuti wara Jan Busuttil għadda tajjeb lejn Mattia Veselji li iżda mill-viċin tefa’ barra.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Sirens, ħarġu iktar avventurużi u fil-51 minuta, il-Ġappuniż Kei Sano ttanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li iżda ntemm ftit għoli.

Żewġ minuti biss wara, il-Greens rebħu penalty meta Jacob Walker miss il-ballun b’idu fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu l-ispeċjalista KEMAR REID li permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka, b’Matthew Grech imiss il-ballun u kważi jirnexxielu jsalva l-istess penalty.

Floriana komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.

Floriana: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend, 4-Oualid El Hasni, 7-Mattia Veselji (22-Kyrian Nwoko 73), 8-Kemar Reid (9-Andrei Ciolacu 73), 10-Jose Ulises Arias, 21-Carlo Zammit Lonardelli (17-Owen Spiteri 68), 24-Lorenzo da Grazia, 25-Lorenzo Trillo, 28-Emiliano Callegari, 30-Jan Busuttil (20-Matias Nicolas Garcia 79) Coach: Gianluca Atzori

Sirens: 24-Matthew Grech, 3-Gary Camilleri, 7-Kei Sano, 17-Jacob Walker, 21-Ayo Amah Vaikanah, 22-Alex Cini, 25-Paulo Bento De Vale, 27-Ivan Kolev, 30-Gabriel Ventura, 38-Stephane Sessgnon, 77-Siraj Eddin Arab (15-Adrian Borg 76) Coach: Wisnton Muscat

Referee: Ishmael Barbara

Ass. Referees: Duncan Spencer, Paul Apap

Raba’ Uffiċjal: Philip Farrugia

Skorers: K. Reid pen. 54 (F)

Ammoniti: Ħadd

Player tal-Logħba: Mattia Veselji (F)

Sport