Friday, April 19, 2024

Imut Joe Baldacchino magħruf bħala “ċ-Chossy”, Kunsillier u Viċi Sindku ta’ Birżebbuġa

Aqra wkoll

Kien is-Sindku ta’ Birżebbuġa, Scott Camilleri li fuq il-midja soċjali kiteb li miet Joe Baldacchino li kien Kunsillier u Viċi-Sindku tal-istess lokalità għal dawn l-aħħar 30 sena.

Is-Sindku ta’ Birżebbuġa, isellem il-memorja ta’ Baldacchino fejn kiteb “kif qatt nista’ ninsa t-tagħlim tiegħek. Illum Birżebbuġa tilfet wieħed minn uliedha.

Kunsillier u viċi Sindku għal 30 sena. Grazzi ta’ kull mgħamilt għall-lokalità ta’ Birżebbuġa u miegħi personali. Nibqa’ nħobbok u ngħożżoż għażiż Chossey.”
Miegħu ngħaqdu diversi Ministru tal-Gvern u anke d-Deuptat Mexxej tal-Partit Laburista fejn ukoll sellmu l-memorja tiegħu.

Huma rringrazzjawh għax-xogħol u l-imħabba li wera għal lokalità tiegħu kif ukoll għas-sehem li ta fil-Partit Laburista.

Ekonomija

Sport