Persuna ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura meħtieġa. Dan hekk kif ftit tal-ħin ilu kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.
Minn informazzjoni li għadu kif kiseb dan is-sit, jirriżulta li l-inċident seħħ bejn kuċċier li kien qiegħed biż-żiemel u karozza.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien ma’ ambulanza. Fuq il-post ssejjħu wkoll l-Animal Welfare minħabba ż-żiemel involut.
Aktar informazzjoni malli taslilna….