Persuna kellha tidaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tat-3.15pm kienet involuta f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr.
Jirriżulta li l-inċident seħħ bejn żewġ vetturi, b’waħda minnhom tinqaleb.
Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei li assistew lill-persuni nvoluti fejn waħda minnhom kellhom tidaħħal l-isptar.
It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku filwaqt li l-pulizija jinsab fuq il-post jinvestigaw.
