Friday, May 3, 2024

Persuna maqtula u oħrajn midruba fi sparatura tal-massa f’Tennessee

Aqra wkoll

Persuna nqatlet u mill-inqas 12-il persuna oħra sfaw midruba fi sparatura tal-massa li seħħet f’ħanut tal-merċa ġewwa Tennessee.

Dan l-attakk seħħ f’Collierville nhar il-Ħamis wara nofsinhar madwar 56 kilometru fil-lvant tal-belt ta’ Memphis.

Il-persuna li fetħet in-nar, li huwa raġel, miet fuq il-post u uħud minn dawk midruba sofrew ġrieħi gravi ħafna.

Din mhix l-ewwel sparatura tal-massa f’ħanut tal-merċa fl-Istati Uniti din is-sena. F’Marzu, raġel attakka nies li kienu jinsabu f’supermarket f’Boulder, Colorado, u qatel 10 persuni fosthom uffiċjal tal-pulizija.

Sport