Friday, May 3, 2024

Persuni armati fin-Niġerja jaħtfu erba’ sorijiet Kattoliċi

Aqra wkoll

Persuni armati ħatfu erba’ sorijiet Kattoliċi hekk kif dawn kienu qed jivvjaġġaw f’highway fl-istat ta’ Imo li jinsab fix-Xlokk tan-Niġerja. Dan il-każ kompla joħloq tħassib serju dwar is-sigurtà fit-toroq ta’ dan il-pajjiż. 

Gruppi ta’ persuni armati ilhom żmien jaħtfu persuni, fosthom anke qassisin, u mbagħad jitolbu flus biex jeħilsuhom. Għall-ewwel dawn il-każi­jiet kienu kkonċentrati l-iktar f’highways fil-Majjistral tal-pajjiż iżda sfortunatament issa qed jinfirxu f’partijiet oħrajn tal-pajjiż. Dan kollu qiegħed ikompli jqajjem tħassib dwar is-sigurtà ta’ dan l-iktar pajjiż popolat ġewwa l-Afrika. 

B’rabta ma’ dawn il-każi­jiet, li ta’ kuljum qed jiżdiedu, il-militar tan-Niġerja beda jwettaq attakki mill-ajru biex jelimina lil dawk il-gruppi armati li qed jaħtfu nies ċivili minn bliet u rħula. 

Sport