Thursday, April 23, 2026

Persuni jweġġgħu gravi f’inċidenti separati tat-traffiku 

Aqra wkoll

Żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku aktar kmieni llum. 

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tad-9.15am, fi Triq Andrea Debono, Naxxar. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Toyora Auris misjuqa minn mara ta’ 40 sena residenti Naxxar u mutur Peugeot Django misjuq minn raġel ta’ 42 sena residenti Naxxar. 

It-tieni inċident ġara għal ħabta tal-9.50am, fi Triq Reġjonali, Santa Venera. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Nissan misjuqa minn mara ta’ 71 sena minn San Pawl il-Baħar u mutur Kawasaki misjuq minn raġel ta’ 35 residenti s-Swieqi. Tim mediku ta’ l-assistenza fiż-żewġ inċidenti, fejn ix-xufiera tal-muturi ta’ 42 sena u ta’ 35 sena, ittieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu b’mod gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport