Friday, April 19, 2024

Philadelphia: Sparatura fi sptar tħalli persuna mejta u tnejn midruba

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ftit jiem ilu, proprju fl-Istati Uniti seħħet sparatura ġewwa sptar fejn ħalliet żewġ uffiċjali tal-pulizija midruba u persuna oħra mejta fuq il-post. 

L-isparatura bdiet għal ħabta ta’ 00:12 ta’ filgħodu, fl-Isptar Thomas Jefferson University, f’Philadelphia. Il-pulizija rraportaw li r-raġel issuspettat kien liebes l-uniformi tal-infermiera u t-tobba (scrubs) ta’ lewn blu, maskra u  ġarr miegħu basket iswed. 

Jidher li huwa spara fuq persuna fid-disa’ sular tal-istess sptar, mhux identifikat jekk kienx pazjent, membri tal-istaff jew viżitatur u għaldaqstant fir-rapporti uffiċjali l-vittma għadu mhux identifikat. Minn rapporti tal-kmamar tal-aħbarijiet tal-lokal jidher li l-vittma tilef ħajtu kawża ta’ ġrieħi li sofra mill-istess sparatura. 

L-awtoritajiet spjegaw kif is-suspettat ħarab minn fuq il-post permezz ta’ van tal-merkanzija iżda rnexxielhom isibhuh f’żona partikolari tal-belt. Minn hemm, bdiet ġlieda tal-balal bejnu u bejn il-pulizija, fejn żewġ uffiċjali ġew milquta. Wieħed minnhom intlaqat f’idejh filwaqt li l-ieħor kellu ġrieħi ħfief, it-tnejn jinsabu stabbli. Is-suspettat qiegħed jinżamm arrestat l-isptar filwaqt li jingħata l-kura għaliex sofra xi ġrieħi. 

Sport