Phyllisienne Brincat, inħelset minn kull akkużat wara li kienet ġiet akkużata dwar kummenti li kienet għamlet fuq it-televiżjoni b’rabta mad-diżabilità u d-dnub oriġinali.
Il-Maġistrat Jean Paul Grech qal li Brincat qatt ma qalet li l-persuni b’diżabilità huma frott id-dnub u li ġiet interpretata ħażin mingħjar ma tħalliet tispjega lilha nfisha sew. Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li l-akkużata qatt ma qanqlet mibegħda lejn il-persuni b’diżabilità u hi stess saret vittma ta’ sqarrija li ġiet attribwita lilha u li qatt ma qalet.
Fil-Qorti, id-Dekan tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta, Dun Stefan Attard, li fil-bidu kien ikkundannat dak li qatet Brincat, xehed li meta ra l-porgramm hassu xxukkjat meta sar jaf li hi qatt ma qalet dan il-kliem.
Kien waqt il-programm Popolin f’Ottubru tas-sena l-oħra meta dakinhar kienet saret diskussjoni dwar ir-reliġjon. . Brincat kienet qalet li l-mard kien riżultat tad-dnub oriġinali u għamlet referenza għat-Testment il-Qadim. In-nies kienu akkużawha li kienet offensiva u fil-jiem ta’ wara nħolqot kontroversja sħiħa.
Il-Maġistrat Grech qal li dak li pprovat tgħid, taqbel jew le, kien li kull tbatija fid-dinja fosthom il-mard ġie skont it-teoloġija, mid-dnub oriġinali ta’ Adam u Eva. Il-Qorti qalet li hi ma ngħatax ċans tispjega lilha nifisha sew. Sostniet li dan ta l-impressjoni ħażina li Brincat qalet li n-nies b’diżabilità huma frott id-dnub u ddeskriviet dan il-każ bħala konfużjoni.
Għal Brincat dehru l-avukati Benjamin Camilleri u Jeanise Dalli