Saturday, December 21, 2024

Phyllisienne Brincat tgħid li l-mard u d-diżabilità ġejjin mid-dnub

… Bosta jirreaġixxu b'rabja għal dak li qalet

Aqra wkoll

Il-kantanta Phyllisienne Brincat qalet li mard u d-diżabilità ġejjin mid-dnub. Dan qalitu waqt programm televiżiv, hekk kif kienet waħda mill-mistednin. 

Fl-istess programm, Brincat qalet li Alla ħalaq lil kulħadd perfett u li dan ma għamlux biex immutu. Fost dawk li kienu preżenti fl-istess programm, kien hemm żagħżugħ li għandu l-awtiżmu. Huwa qalilha li kienet qed titfa’ stigma fuq il-persuni b’diżabilità.

Fost dawk li rreaġixxew għall-kummenti tagħha kien hemm il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Il-Kummisjoni qalet li tikkundanna bil-qawwa kollha l-kummenti ta’ min jistmerrhom li għamlet l-opinjonista Phylisienne Brincat fuq il-programm li hi kienet mistiedna għalih.

Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, Rhoda Garland qalet li l-idea li d-diżabilità hija marbuta mad-dnubiet li ilhom jintirtu għal ġenerazzjonijiet sħaħ hija, hekk kif stqarr Jacob Callus fuq l-istess programm, huma ta’ insult lejn il-persuni b’diżabilità u li ma jwassal għal xejn ħlief li tkattar l-istigma li diġà jbatu minnha. 

Ekonomija

Sport