Tuesday, May 14, 2024

PL: Grech u dawk li poġġewh hemm firdu partit… tħallihomx jifirdu pajjiż

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista qal li t-tħabbira ta’ tliet deputati tal-Partit Nazzjonalista li telqu mil-lista ta’ kandidati tal-Partit Nazzjonalista u għalhekk mhux se jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali hija riflessjoni tal-istat li jinsab fih il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech. 

Fi stqarija, il-PL qal li sinjifikattiv ħafna kif dawn it-tliet deputati, li huma wkoll magħrufa għal kemm appoġġjaw lil Adrian Delia, irtiraw il-kandidatura tagħhom proprju fl-ewwel jum tal-kampanja elettorali.

Il-PL qal li t-tluq tagħhom mill-partit hu sinjal ieħor ta’ kif il-klikka li poġġiet lil Bernard Grech Kap hi dik li għada u se tibqa’ tiddetta l-aġenda fil-Partit Nazzjonalista u saħansitra qed tgħamilha diffiċli għan-nazzjonalisti stess li jaħdmu fl-istess partit.

“Bernard Grech u dawk li poġġewh hemm firdu partit. Tħallihomx jifirdu pajjiż,” temm jgħid il-Partit Laburista.

Sport