Tuesday, June 16, 2026

Polza Floriana vs Shamrock Rovers

Aqra wkoll

Iċ-champions il-ġodda tal-futbol Malti Floriana FC telgħu biex jilagħbu kontra Shamrock Rovers fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League. Il-polza saret fil-House of Football f’Nyon, fejn jinsabu l-kwartieri tal-UEFA fl-Iżvizzera.

L-ewwel leg se jintlagħab fis-7 jew fit-8 ta’ Lulju f’Malta, filwaqt li t-tieni leg se jsir fl-Irlanda fl-14 jew fil-15 ta’ Lulju, f’konfront li mistenni jkun wieħed impenjattiv għall-Greens.

Din mhijiex l-ewwel darba li Shamrock Rovers telgħu biex jilagħbu kontra klabb Malti. Fis-sajf tal-2022 huma eliminaw lil Hibernians fil-UEFA Champions League wara rebħa ta’ 3-0 f’darhom u draw mingħajr gowls fit-tieni leg f’Malta. Is-sena li għaddiet ukoll iltaqgħu ma’ Ħamrun Spartans fil-fażi tal-UEFA Europa Conference League, fejn rebħu 3-1 f’Dublin.

Shamrock Rovers, imwaqqfa fl-1899 u bbażati fis-subborg ta’ Tallaght fin-nofsinhar ta’ Dublin huma l-aktar klabb suċċess fl-Irlanda. Huma rebħu l-kampjonat Irlandiż rekord ta’ 22 darba u l-FAI Cup b’rekord ta’ 26 darba.

Fl-istaġun 2025, huma rebħu l-kampjonat wara li spiċċaw tliet punti quddiem Derry City u seba’ punti quddiem Shelbourne, kif ukoll rebħu l-FAI Cup b’rebħa ta’ 2-0 kontra Cork City fil-finali. Huma għandhom ukoll esperjenza vasta Ewropea , inkluż parteċipazzjonijiet fil-fażi tal-gruppi u l-league phase ta’ kompetizzjonijiet tal-UEFA.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport