Tuesday, June 16, 2026

IL-BANK OF VALLETTA JIKKONFERMA LI ĠEW RATIFIKATI STIPENDJI U PAGI LI TĦALLSU ŻEJDA

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta jixtieq jinforma lill-klijenti u lill-pubbliku li l-problema li nqalgħet aktar kmieni llum fir-rigward ta’ pagamenti tal-istipendji u xi pagi li tħallsu żejda issa ġiet riżolta. 

Il-pagamenti żejda kollha li tħallsu minħabba problema teknika nġibdu lura b’suċċess, u l-bilanċi fil-kontijiet affetwati issa huma korretti.

Hekk kif ġiet identifikata l-problema, il-Bank ħa azzjoni immedjata biex iwaqqafha milli tkompli tiżviluppa, u mill-ewwel skatta proċess korrettiv strutturat. B’hekk kien żġurat li l-aġġustamenti tlestew b’mod effiċjenti. Sadanittant, il-Bank kompla jieħu ħsieb il-ħtiġijiet tal-klijenti.

Il-Bank jiċċara li fl-ebda ħin ma ġew affettwati l-ammonti leġittimi ta’ stipendji u pagi.

Il-Bank huwa konxju tal-inkonvenjenza li din is-sitwazzjoni ġabet magħha, b’mod partikolari għall-istudenti li tant jiddependu fuq l-istipendju. Għaldaqstant, il-Bank jirringrazzja lill-klijenti tiegħu tal-paċenzja u l-koperazzjoni tagħhom tul dan il-proċess.

Sadanittant, il-Bank qiegħed janalizza x’wassal għal din il-problema. Kwalunkwe tisħiħ neċessarju fis-sistemi u l-kontrolli se jiġi implimentat, bil-għan li jkun minimizzat ir-riskju li jerġgħu jseħħu każijiet bħal dawn fil-futur.  

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport