Tuesday, September 1, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Arsenal kellhom jitħabtu kontra Aston Villa

Premier League Ingliż: Arsenal kellhom jitħabtu kontra Aston Villa

0
43

Arsenal kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 fuq Aston Villa, bil-goal ta’ Bukayo Saka jkun biżżejjed biex jagħtihom it-tliet punti. 

L-internazzjonali Ingliż xeħet il-ballun f’lasta kważi vojta wara pass mingħand Riccardo Calafiori. 

Villa kellhom ċans tajjeb fl-ewwel taqsima meta x-xutt ta’ Emiliano Buendia laqat il-mimduda. 

Arsenal ingħataw penalty għal foul fuq Saka, iżda wara reviżjoni tal-VAR ġie deċiż li l-foul seħħ barra l-kaxxa, u l-penalty tħassar.

Kai Havertz ġiegħel lill-goalkeeper tal-Villa jagħmel save importanti. Arsenal issa għandhom sitt punti, filwaqt li Villa sofrew it-tieni telfa konsekuttiva.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here