Carlos Alcaraz irritorna għar-rebħ fit-tennis individwali wara stennija ta’ 139 jum.
Iċ-champion ta’ seba’ titli maġġuri reġa’ daħal fil-court ta’ Arthur Ashe Stadium biex jiddefendi t-titlu tiegħu tal-US Open, wara aktar minn erba’ xhur barra minħabba injury fil-polz.
Alcaraz ippreżenta tennis divertenti u enerġija kbira hekk kif għeleb lir-Russu Roman Safiullin 6-4, 6-4, 6-4.
Matul l-assenza tiegħu, Alexander Zverev u Jannik Sinner rebħu t-titli tal-French Open u Wimbledon.
Alcaraz qal li tilef ial-pubbliku, l-enerġija u l-kompetizzjoni, u wera l-ferħ tiegħu talli seta’ jerġa’ jikkompeti.




