Wednesday, July 24, 2024

Premier League Ingliż: Kull partita hija importanti

Aqra wkoll

It-tieni nofs tal-21 ġurnata tal-Premier League Ingliż se jintlagħab f’dawn it-tlett ijiem li ġejjin bil-ħames logħ­biet kollha għandhom l- importanza tagħhom min­kejja li m’hemmx waħda li tlaqqa’ żewġ timijiet li qed jissieltu għat-titlu.

Il-programm jiftaħ illum meta waqt il-ħin tal-ikel, Arsenal jilqgħu lil Crystal Pa­lace f’derby ta’ Londra fejn rebħa għall-Gunners tarahom jersqu żewġ punti taħt il-leaders Liverpool indaqs ma’ Manchester City u Aston Villa li għandhom 43 punt kull wieħed.

S’issa ftit li xejn sar ċaq­lieq matul is-suq tax-xitwa u għal­hekk m’hemmx stennija ta’ xi debutt mistenni min­kejja li ilhom għaddejjin rap­porti li l-clubs iridu jsaħ­ħu l-iskwadri tagħhom.

Min-naħa tal-Palace huma jinsabu sitt punti fuq iż-żona l-ħamra li jfisser li għadhom viċin ir-relegazzjoni meta ġejjin minn rebħa u żewġ draws mill-aħħar sitt logħ­biet waqt li Arsenal marru ftit aħjar b’żewġ rebħiet u draw.

Aktar tard filgħaxija jid­ħlu fl-azzjoni Brentford u Nottingham Forest li ġejjin minn riżultati kuntrastużi fir-rep­lays tat-tielet round tal-FA Cup meta l-Bees tilfu kontra Wolves 3-2 fil-ħin barrani u l-Forest għelbu lil Blackpool 3-2 fil-ħin barrani wkoll.

Iżda llum hemm tliet punti fin-nofs li żgur se jiġu missielta għall-aħħar minħabba li jistgħu jkunu ferm importanti fil-ġlieda biex ma jaq­għux.

L-ewwel logħba ta’ għada wara nofsinnhar tara lit-team tal-qiegħ tal-klassifika, Sheffield United, jilqgħu lil West Ham fi Bramall Lane bil-Blades iddisprati għall-punti biex ma jirritornawx fiċ- Championship sena wara li telgħu.

Min-naħa tal-Hammers hu­ma jinsabu fis-sitt post sitt punti wara l-ġirien ta’ Londra, Arsenal u Tottenham. Huma ġejjin minn telfa diżappuntanti wara li nhar l-Erbgħa ġew eliminati mill-FA Cup minn Bristol City.

Fl-aħħar logħba ta’ għada Bournemouth, li jinsabu ħa­mes punti aktar mit-tielet team mill-aħħar, jospitaw lil-leaders Liverpool li ġejjin minn erba’ rebħiet u żewġ draws biċ-Cherries mhux ‘il bogħod minnhom meta ħadu erba’ rebħiet ukoll u draw jiġifieri punt inqas mir-Reds.

Rebħa għat-team ta’ Jurgen Klopp tiswielu mitqlu deheb meta qed jidher li ċ- champions Manchester City ġejjin tajjeb fit-tentattiv li jżommu t-titlu.

Il-programm jagħlaq għada filgħaxija bil-logħba Brigh­ton kontra Wolves b’tal-ewwel jinsabu tliet punti fuq l-avversarji tagħ­hom meta fl-aħħar sitt logħbiet kisbu disa’ punti b’Wolves imorru aħjar meta  rebħu 13-il punt.

Wolves ġejjin mir-rebħa kontra Brentford fl-FA Cup li fiha kienu darbtejn minn taħt, iżda huma jinsabu trasformati mindu ħatru lil Gary O’Neil bħala manager f’Awwissu li għadd.

Ekonomija

Sport