Tuesday, May 14, 2024

Premier League of Darts: Enrico Scerri u Godfrey Abela mal-aħħar 10

Aqra wkoll

Hekk kif intlagħbet ir-raba’ ġurnata tal-Premier League of Darts tal-irġiel, Enrico Scerri u Godfrey Abela kisbu l-kwalikazzjoni għal mal-aħħar għaxra tal-kompetizzjoni wara li għelbu lill-avversarji rispettivi tagħhom. Huma ngħaqdu ma’ Albert Scerri, George Ebejer, Norbert Attard, Omar Aquilina, Kevin Spiteri u Tony Borg li aktar qabel għamluha għal din il-fażi.

Sadanittant, matul din il-ġimgħa ntlagħbu l-logħob mill-kwarti tal-finali tal-kampjonat 8-a-side tad-darts. PO’s Bar għelbu lil Sliema Inter DC 4-1, Education Bar kellhom rebħa missielta ta’ 3-2 kontra Fgura Kenky, Birżebbuġa Lions rebħu 4-1 lil Floriana Ajax X Clean A u Ħamrun Bayern A għelbu lil Manchester Conquest Bar 4-1.

Sport